Edukazzjoni Lokali

L-Avukat Neville Young jinħatar Kap Eżekuttiv tal-FTS

L-Avukat Neville Young inħatar Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet. Dr Young għandu aktar minn seba’ snin esperjenza fil-governanza korporattiva, u fl-immaniġġjar strateġiku ġenerali fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fejn huwa kien jokkupa l-kariga ta’ Chief Corporate Officer.

Huwa ssorvelja firxa wiesgħa ta’ responsabbiltajiet operattivi u fiskali li assiguraw prestazzjoni ottimali tal-operat u titjib sostanzjali fid-dħul finanzjarju tal-kumpanija. Dr Young issokta l-istudji tiegħu wkoll Magister Iuris b’distinzjoni.