Knisja Lokali

Nomini ġodda fid-Djoċesi ta’ Għawdex

B’effett mill-1 ta’ Ġunju 2020 se jidħlu fis-seħħ dawn in-nomini ġooda għad-Djoċesi ta’ Għawdex. Dun Samuel Grech, mill-Parroċċa tal-Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem, ġie maħtur Viċi-Rettur tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù.

Dun Samuel iservi fil-Parroċċa tal-Għarb u huwa wkoll Religious Counselor fl-Iskola Sekondarja tas-Seminarju Minuri. Dun Noel Debono (ritratt), mill-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur, ġie maħtur Prefett tal-Istudji fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù.

Dun Noel iservi fil-Parroċċa tal-Qala u huwa wkoll Direttur Djoċesan tal-Vokazzjonijiet. Sadanittant b’effett immedjat se tidħol fis-seħħ in-nomina tal-Kan. Edward Vella, mill-Parroċċa tal-Viżitazzjoni, l-Għarb, li ġie maħtur Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem.