Lokali Parlament

Proposti mill-PN għal riformi kostituzzjonali li jagħtu iktar saħħa lill-poplu

Żvelat każ ta’ skandlu ġudizzjarju

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-proposti tal-PN għal riforma kostituzzjonali għandhom l-iskop li jagħtu iktar saħħa lill-poplu.

Fil-parlament Jason Azzopardi qal li l-PN jemm f’iktar saħħa lill-poplu u kien għalhekk li l-PN qed jippubblika l-proposti tagħha għar-riforma kostituzzjonali li għandha tkun b’saħħitha biex jiżdiedu d-drittijiet taċ-ċittadini biex ma jħossuhomx iżjed żgħar quddiem il-politiċi u fejn il-politiċi jagħrfu li qegħdin hemm biex verament jaqdu u jservu liċ-ċittadini.

Riforma b’saħħitha biex il-kostituzzjoni tkun it-tarka tal-poplu, jiżdiedu d-drittijiet taċ-ċittadini u jissaħħu l-istituzzjonijiet biex qatt aktar ma jispiċċa jinħatfu mill-Gvern.

Matul dawn l-aħħar snin l-poplu esperjenza gvern li uża l-liġijiet biex jaħtaf il-poter.

Il-proposti li l-PN qed iressaq jassiguraw li dan ma jerġax iseħħ biex ħadd ma jkollu l-poter assolut iżda fejn il-poplu jkollu s-saħħa finali u fejn l-istituzzjonijiet verament iservu lill-poplu u mhux lill-gvern.

Dan kollu l-PN mhux qed jagħmlu għax qaltilna l-Kummissjoni Venezja imma għax nemmu li ħadd m’għandu jilgħab mad-demokrazija u l-politika għandha tkun hemm għas-servizz tal-poplu.

Il-gvern ippubblika l-proposti tiegħu mingħajr l-ebda konsultazzjoni mal-PN; flok saret diskussjoni ġenwina u reali. Il-PN qed jippubblika l-proposti tiegħu li ilhom jiġu diskussi għal bosta xhur u kien lesta li jiddiskutihom fl-isteering committee tal-President.

Dawn il-proposti se jassiguraw li jkun hemm firxa wiesa’ tal-poter biex jiġu mħarsa d-drittijiet taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u jissaħħaħu wkoll l-istituzzjonijiet.

Il-proposti tal-PN għandhom tlett għanijiet; miżuria biex jitnaqqsu poteri żejda f’idejn il- Prim Ministru, jiżdiedud-drittijiet taċ-ċittadini u jissaħħu l-istituzzjonijiet.

Għalhekk il-PN qed jipproponi li l-President jibda jinħatar b’riżoluzzjoni tal-parlament sostnuta minn żewġ terzi tad-deputati kollha u jitneħħa bl-istess mod u l-organi kostituzzjonali jiġu maħtura mill-President inkwantu għal nofs fuq parir tal-Prim Ministru u nofs fuq parirt al-Oppożizzjoni. Iċ-chairperson tagħhom jinħatar b’żewġ terzi tad- deputati, jekk ma’ jintlaħaqx dan il-persentaġġ jinħatru mill-President li jaġixxi waħdu.

Kull ċittadin jew għaqda mhux governattiva tista’ tibda proċeduri fil-qorti biex tattakka liġi bħala li tmur kontra l-kostituzzjoni mingħajr il-bżonn li tipprova interess personali kif inhi s-sitwazzjoni llum. Kawżi oħra kontra l-gvern jistgħu

jsiru, jekk wieħed jipprova xi interess mhux bil-fors ġuridiku upersonali, kif inhi s-sitwazzjoni illum, b’sufficient interest bħal fir Renju Unit.

Proposta oħra hi li jinħatar Kummissarju Kontra l-Korruzzjoni. Dan ikollu d-dritt li waħdu jibda proċeduri fil-qorti f’każijiet ta’korruzzjoni u l-pulizija jridu jobdu ordnijiet tiegħu. Jinħatar u jitnehha b’żewġ terzi. Biex jiġu evitati abbużi, malli jxolji l-Parlament, il-gvern ma jkunx jista’ jdaħħal nies mal-gvern, jagħti promozzjonijiet jew jagħti artijiet tal-gvern jew jidħol f’kuntratti ta’ appalt u servizzi.

Il-PN qed jipproponi li kull sena l-Ombudsman ihejji rapport dwarr akkomandazzjonjiet tiegħu li ma ġewx imwettqa mill-Gvern.

L-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija jibdew jinħatru b’żewġ terzi tal-Kamra.

Membri Parlamentari ma jistgħux joqogħdu fuq bordijiet ta’entitajiet pubbliċi jew ikunu diretturi jew managers, lanqas jistgħu jkunu konsulenti tagħhom sakemm ikunu membri tal-Parlament. Il-positions jew persons of trust jiġu ridotti għal erbgħa f’kull ministeru, fis-segretarjat privat ta’ kull ministru u s-segretarji parlamentari.

Kwalunkwe sentenza fi proċeduri barra minn Malta biex jintimidaw lill-ġurnalisti Maltin f’kawżi ta’ libell (SLAPP) maj kunux jistgħu jiġu esegwiti f’Malta.

Jason Azzopardi qal li proposta oħra tal-PN hi li l-imħallfin jiġi proposti minn Kumitat ta’ Ħatra li fih il-ġudikatura jkollha maġġoranza ta’ membri u appuntati mill-President li jaġixxi waħdu. Il-prerogattiva tal-maħfra titneħħa minn idejn il-gvern tal-ġurnata u tingħata lill-President.

Il-qrati jkunu jistgħu jindagaw jekk il-Prim Ministru fuq rakkomandazzjonijiet vinkolanti ta’ organi jew awtoritajiet oħra jew jekk verament ikkonsultax ma’ min kellu jikkonsultaskont il- Kostituzzjoni.

Il-President ikun jista’ jibgħat lura darba biss għal rikonsiderazzjoni, qabel ma jiffirmah, kull abbozz ta’ liġi.

Għandu jinħatar Kunsill tal-Istat kompost minn eks Presidenti, ex Prim Ministri, ex Speakers u Prim Imhallfin li jistgħu jagħtu parir fuq liġijiet li jkunu għaddejjin mill-Parlament.

Hu qal li dawn il-proposti m’humiex it-tmiem iżda l-bidu, qed jiġu mħabbra biex is-soċjetà ċivili, kull għaqda jew individwu ligħandhom xi proposti x’jagħmlu jkunu jistgħu jagħmluhom,biex l-Oppożizzjoni, kif inhu d-dmir tagħha taħt il-Kostituzzjoni,

hu favur l- introduzzjoni ta’ din ir-regola .

Il-PN qed jipproponu li fil-kostituzzjoni jidħol provvediment biex l-Istat bħala gwardjan tas-saltna tad-dritt, il-patrimonju nazzjonali u l-ġid tas-soċjetà jaġixxi

legalment, b mod raġonveli u proporzjonat u li jonfoq il-fond pubbliċi bil-galbu u kif suppost.

Jason Azzopardi qal li l-PN jemm f’sistema li biha meta deputat jidħol fil-parlament jagħżel ikunx full time jew part time, iktar milli il-liġi ġġiegħel lil kulhadd ikun full time.

Dwar li deputati jitpoġġew fuq bordijiet, kummissjonijiet, korporazzjonijet pubbliċi u kumpaniji tal-Gvern, il-PN jemmen li dawn m’għandhomx ikunu fuq bordijiet bħala membri, uffiċjali, diretturi, managers jew chairmen. Lanqas ma jistgħu jinħatru bħala konsulenti legali jew xort’oħra ta’ kull entità pubblika inkluzi dipartimenti, korporazzjonijiet pubbliċi u kumpanija tal-Gvern.

Huma jistgħu ikunu impjegati basta ikunu ġew hekk impjegati mas-settur pubbliku qabel ma daħlu fil-parlament.

Jason Azzopardi qal li r-Rapport Venezja jikkritika id-dgħufija fil-kompożizzjoni u poteri tal-Kummissjoni Kontra il- Korruzzjoni. Għalhekk tajjeb li wieħed jirrevedi kompletament din il-materja, iżarma il-Kummissjoni jew inkella jagħtiha poteri eżekuttivi.

Soluzzjoni tista’ tkun li flok kummissjoni ikun hemm Kummissarju Kontra il-Korruzzjoni, li jkun jista’ jinizja hu proċeduri kriminali fejn hu il-każ, mingħajr ma

jiddependi mill-pulizija eżekuttiva.

Il-ħatra u tneħħija ta’ min ikun fil-kariga issir b’żewg terzi tad-deputati fil-parlament.

Il-pulizija, f’każijiet ta’ korruzzjoni li jkunu ġew quddiem il-Kummissarju, tieħu l-ordnijiet tagħha mingħand il-Kummissarju ta’ Kontra l-Korruzzjoni. L-Oppożizzjoni diġà għandha abbozz ta’ ligi lest f dan is-sens.

Jason Azzopardi sellem il-memorja ta’ Giovanni Falcone u qal li li kieku llum Falcone għalaq 81 sena.

Dwar aktar libertà u ħarsien għall-ġurnalisti u l-media l-PN qed jipproponi proposta biex ma tithallix l-eżekuzzjoni f’Malta mill-qrati Maltin ta’deċiżjoni mogħtija minn qrati barranin wara kawżi miġjuba biex jiċċensuraw, jintimidaw u jwaqqfu kritiċi f’Malta billi jġiegħluhom iħallsu spejjeż legali kbar u jidħlu għal inkonvenjent sostanzjali li jwassal lil dawn li jabbandunaw il-kritika jew oppożizzjoni tagħhom.

Il-PN digà lesta abbozz ta’ liġi dwar dak li jissejjaħ SLAPP Strategic Lawsuit Against Public Participation.

Il-ħatra, tneħħija u poteri tal-Ombudsman għandhom jiġu imdaħħla fil-kostituzzjoni u jigu entrenched.

Dwar l-Avukat Generali, il-PN qed jipproponi li in vista tal-poteri tal-Avukat Ġenerali li jibda, jissospendi jew jirtira proceduri kriminali, inkluż dawk kontra uffiċjali ogħlja tal-amministrazzjoni pubblika, jeħtieġ li l-ħatra tiegħu issir b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha tal-parlament.

L-istess għandu japplika għall-ħatra tal-Avukat tal-Istat. Il-poteri taż-żewġ karigi fuq imsemmija jistgħu jkunu suġġettati għal skrutinju mill-qorti fuq talba ta’ kull individwu jew organizzazzjoni.

In-nomina tal-Kummissarju tal-Pulizija għandha ssir wara ħruġ ta applikazzjonijiet, Wieħed jista’ ukoll jassoġġetta tali nomina għal skrutinju tal-Kumitat dwar in-Nomini riċentement kostitwit u introdott fil-Public Administration Act. Il-ħatra issir mill-Kamra tad-deputati b’maġġoranza ta’ żewg terzi tal-membri kollha tal-Kamra.

Ma jagħmilx sens, ghalhekk, dak li gara ricentement li wara l-

elezzjoni generali, li dawn intalbu li jirriżenjaw. Għalhekk qed jiġi propost li s-Segretarji Permanenti jiġu maħtura u mneħħija biss mill-President fuq ir-rakkomandazzjoni vinkolanti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Il-proċess ikun jinkludi sejħa għal applikazzjonijiet mill-PSC minn fost uffiċjali pubbliċi.

Il-pożizzjonijiet ta’ fiduċja għandhom jiġu limitati għal erba’ persuni kull ministeru jew uffiċċju ta’ segretarju parlamentari, b’dana però li tnejn ikunu mil-grad klerikali ‘il fuq u tnejn drivers u messengers.

Dawn il-proposti tagħna m’ humiex minquxa fil-blat. Nemmnu, iżda, li huma proposti ġusti li jwettqu ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja bis-serjetà u mhux biss formalment, bil-fatti u mhux bil-kliem biss.

Bħala Oppożizzjoni serja, aħna miftuħa għal kull proposta, tiġi minn fejn tiġi. Is-socjetà ċivili għandha rwol importanti f’dan il-qasam u nittamaw li mal-pubblikazzjoni ta’ dawn il-proposti jkollna ir-reazzjoni u anki il-proposti ta’ kull għaqda jew individwu li jixtiequ jagħmlu dan. Il-kostituzzjoni mhix tal-partiti jew tal-politiċi biss għalkemm dawn għandhom sehem importanti fit-tfassil u twettiq tagħha .

Każ ta’ skandlu ġudizzjarju…involut l-Avukat Mercieca

Jason Azzopardi qal ukoll li fl-14 ta’ Mejju li għadda – ġimgha ilu – ingħatat sentenza mill-Qorti tal-Appell Kriminali li, fl-aħjar ipoteżi, oġġettivament hija suspettuza ħafna.

Is-sentenza hi fl-ismijiet Il-Pulizija vs Francis Caruana fejn Caruana, bħala uffiċjal pubbliku mpjegat tad-Dipartiment tal-Agrikoltura ġie mixli li f’Jannar 2014 u fix-xhur u snin ta’qabel, għamel atti ta’ ħasil ta’ flus, ikkommetta approprjazzjoni indebita, frodi u estorsjoni ta’ somma ta’iktar minn €32,000.

Il-Qorti tal-Magistrati sabet lill-imputat hati tal- imputazzjonijiet l-oħra kollha u ikkundannatu erba’ snin prigunerija u multa ta’ €63,000.

Il-Qorti tal-Appell Kriminali neħħiet is-sentenza ta’ priġunerija u tagħtu probation għal tliet snin.

F’parti tas-sentenza insibu li: L-Avukat Ġenerali fis-seduta tat-18 ta’ Frar tal-2020 iddikjara li mhuwiex jinsisti fuq piena karċerarja effettiva però jinsisti li l-bqija tas-sentenza tiġi konfermata in toto.

Din id-dikjarazzjoni hija kruċjali. Turi li waqt is-smigħ tal-appell sar ftehim bejn l-avukat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali (AĠ) u l-akkużat.

Jason Azzopardi qal li issa, u hawn hu l-pern ta’ dak li jidher li hu skandlu ġudizzjarju, l-avukati tal-Uffiċċju tal-AĠ li jaħdmu fil-kriminal għandhom struzzjonijiet bil-miktub li ma jistgħu jagħmlu ebda ebda ftehim ta’ kull tip mad-difiża fi stadju ta’ appell, jekk ma jkunx ġie infurmat u approvah l-AĠ innifsu jew id-Deputat AĠ.

Fl-appell kriminali li ġie deċiż il-ġimgħa l-oħra u li fi Frar li għadda l Avukat tal-AĠ iddikjara li ma kienx qed jinsisti fuq il-piena ta’ priġunerija, min kien l-avukat li għamel din id-dikjarazzjoni kruċjali u li fissret li persuna li ammetta li ħasel il-flus bħala uffiċjal pubbliku franka erba’ snin priġunerija? Kien hemm l-approvazzjoni tal-AĠ jew Deputat AĠ minn qabel?

Jason Azzopardi qal li l-avukat mill-Uffiċċju tal-AĠ li għamel din id-dikjarazzjoni kien l-Avukat Charles Mercieca, li kien trainee lawyer matul dan l-appell, li huwa l-istess avukat li ftit jiem ilu f’inqas minn 20 sena qaleb minn mal-Uffiċċju tal-AĠ għal ma’ Yorgen Fenech. L-Avukat Mercieca għamel tali ftehim mal-akkużat f’dan l-appell kriminali minn wara dahar l-AĠ u d-Deputat AĠ. Ma kienux infurmati, meta huwa kellu obbligu jinformahom.

Dan biex ma nsemmux li hu fatt magħruf fost ħafna avukati li l-avukat in kwistjoni ikun mistieden diversi drabi d-dar mistieden ghall-ikel tal-Imħallef li tat din is-sentenza għax huwa best buddy mat-tifel tagħha.

Iktar: huwa mill-iktar suspettuż li sa xaharejn ilu d-Dipartiment tas-Sajd kien f’negozjati mal-istess avukat biex ikun ingaġġat miegħu bħala konsulent legali appena jitlaq mill- Uffiċċju tal-AĠ; waqt li kien prosekutur f’każ ta’ ħasil ta’ flus f’appell ta’ uffiċjal tal-istess Dipartiment!

Fl-2019, l-istess avukat, waqt li allura kien għadu trainee lawyer fl-Uffċċju tal-AĠ u kien għadu jgib il-warrant sena qabel, applika għal EPPO. Post li wieħed mill-kriterji carita’ eligibilita kien ‘someone with proven and extensive experience in prosecution and mutual legal assistance‘. Mela ma kellu ebda esperjenza fil-Mutual Legal Assistance u kien għadu jibda bħala prosekutur.

Ovvjament meta fil-5 ta’ Diċembru 2019 sar l-interview fil-Lussumburgu, l-UE remiet ‘l barra mill-ewwel l-applikazzjoni tiegħu! Però kien tajjeb biżżejjed biex jiddefendi ‘l każ tas-seklu meta 20 siegħa qabel kien in-naħa l-oħra taċ-ċint.

Jason Azzopardi qal li nittama li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li qed tinvestiga l-aġir ta’ dan l-avukat li mill-lejl għan-nhar għaddha biex f’isem l-Istat jmexxi kriminalment kontra l-kriminali għadda biex jiddefendi lil min hu akkużat li ordna assassinju politiku, tieħu nota u tinvestiga dawn ir-rapporti.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar is-sitwazzjoni prezenti: konfuzjoni bejn membri tal-istess Gvern dwar x’għandhom jagħmlu n-nies: waħda tgħid jiftħu tourism corridor u l-ieħor jgħid li l-ajruport għandu jibqa’ magħluq; wieħed jgħid lin-nies oħorġu u gawdu u ieħor jgħidilhom jibqgħu ġewwa; wieħed jgħid skola sajf ħa tiftaħ u ieħor jgħid importanti li t-tfal jibqghu ġewwa; il-Prim Ministru Robert Abela jgħid li kollox sew u l-MAM takkużah li qed jaħbi, jigdeb u jqarraq.

Hu qal li hu ħażin li l-gvern qed jiftaħ in-negozji biex jiskansa l-kritika qawwija li se tiġi fuq Malta meta joħroġ ir-rapport Moneyval tal-Kunsill tal-Ewropa. Hu sostna li l-gvern m’għandux l-inetressi tas-saħħa dejjem u kullimkien fejn it-tobba qalu li l-gvern mhux qed jgħid il-verità kollha u qed jaħbi.