Parlament

Qed tintilef il-fiduċja fil-mod kif qed jittieħdu d-deċiżjonijiet

David Thake, PN

Id-deputat Nazzjonalista Daid Thake qal li qed tintilef il-fiduċja fil-mod kif qed jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Fil-parlament David Thake qal li li l-gvern għandu deċiżjonijiet diffiċli x’jagħmel u sostna li l-gvern kien qed jgħid li l-poplu jrid jqogħod attent biex ma tikbirx l-infezzjoni. Hu qal li l-gvern Taljan ebda jiftaħ meta l-infezzjonijiet bejn neżlin iżda f’Malta dan ma ġarax.

Għalhekk in-nies qed jistaqsu dwar x’inhuma l-indikaturi tal-gvern biex jiddeċiedi li ċertu attivitajiet huma siguri; fosthom il-ftuħ tal-ħwienet u l-laqgħat tan-nies. Hu staqsa min bejn il-prim ministru u l-awtoritajiet tas-saħħa qed jieħu d-deċiżjonijiet.

Id-deputat Nazzjonalista qal li n-negozji għandu bżonn kjarezza u appella lill-gvern biex ikollu pjan dwar meta u liema negozji se jinfetħu. Illum qed tintilef il-fiduċja għaliex jidher li d-deċiżjonijiet li qed jittieħdu m’humiex fl-interess ta’ kulħadd iżda fl-interess ta’ xi gruppi. Il-gvern għandu jispjga taħt liema bażi qed jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Il-gvern qed jhedded lin-negozji li jgħalaqhom jekk ma jimxux mar-regoli. L-impjiegi qed isalvawhom in-negozji u mhux il-gvern; liema gevrn li wera li ma jintressax min-negozji li marru jitolbu l-għajnuna.