Lokali Qorti

Sentenza sospiża fuq serq ta’ laptop mil-lukanda Kempinski fejn kien jaħdem

Rabat

Żagħżugħ Indjan ta’ 22 sena li għamel perjodu qasir jaħdem fil-lukanda Kempinski ġie kkundannat disa’ xhur ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ammetta fil-Qorti ta’ Għawdex li f’Jananar li għadda kkommetta serq ta’ Lap Top propjetà ta-lukanda li tinsab f’San Lawrenz, Għawdex.

Il-Lap Top kien propjetà ta’ Bernard Mifsud u l-Management tal-istess lukanda. Eldhose Joy, residenti l-Għarb m’ammettiex iżda u lanqas ma nstab ħati mill-Maġistrat Brigitte Sultana li mill-istess lukanda seraq ukoll Mountain Bike tal-marka Atala u li laqa’ għandu ħwejjeġ misruqa.

Bernard Mifsud, l-Kontrollur Finanzjarju tal-lukanda Kempinski u li jagħmel parti mill-Maniġment tal-isess lukanda qal fil-Qorti li għamel rapport lill-Pulizija fuq oġġeti li kienu ġew nieqsa mill-post.

Wieħed minn dawn kien Laptop Computer li kien jintuża mill-ħaddiema tal- front office desk tal-lukanda. Kien l-istaff stess li rrapporta li l-Lap Top kien għeb u li iżda kien ġie rritornat lura fil-lukanda mill-Pulizija.

Kien hemm ukoll rota tal-kiri li ma nsabitx. Din ma kinitx propjetà tal-lukanda iżda ta’ kuntrattur li għandu l-kumpanija ‘“On Two Wheels”. Dawn kienu jinkrew lill- klijenti tal-lukanda Kempinski.

Mifsud qal li kienu ndunaw li kien hemm Mountain Bike nieqsa meta l-kuntrattur kien mar fil-lukanda u lskopra li kien hemm hemm waħda nieqsa.

Ix-xhud qal li ma jiftakarx il-ġurnata ezatt meta dan kien seħħ. Qal ukoll fil-Qorti li huwa għamel rapport lill-Pulizija wara li persuna li kienet taħdem il-lukanda u taf lill-akkużat kien qallu li kien raha xi kummenti fuq il-media soċjali ta’ Joy fejn kienu ssemmew Lap Top u rota.

Ix-xhud qal li qabel ma rċieva din l-nformazzjoni ma kienx għadu għamel rapport lill-Pulizija. Dwar ix-xogħol li kellu l-akkużat fil-lukanda, Mifsud qal li dan ma kienx impjegat b’mod dirett, iżda b’kuntratt mal-kumpanija “Total Management”, li tipprovdilha l-ħaddiema li jkollha bżonn.

Ix-xhud qal li jidhilu li l-akkużat ħadem fil-lukanda fil-lukanda fix-xahar ta’ Jannar. Dwar ir-roti li jinkrew mil-lukanda tenna li l-klijenti jieħduhom mill-front office desk u li huwa l-porter li jkollu ċ-ċavetta biex iħoll il-katina u li jakkumpanja lill-klijenti fil-garaxx fejn dawn jitpoġġew jew jittieħdu. Wara ċ-ċavetta tittieħed lura lill-front desk.

Dwar meta sar magħruf meta kien ġie nieqes il-Lap Top, huwa qal li kien fit-28 ta’ Jannar. Xehed ukoll Elton Whitehouse li qal li huwa jikri scooters and mountain bikes minn Marsalforn għall-gżira kollha.

Qal li fil-bidu ta’ Marzu huwa kien mar lura Għawdex wara vaganza u mar il-lukanda Kempinski biex jiċċekkja r-roti li jinkrew ukoll minn hemm.
Tennal li fit-tieni ġimgħa ta’ Frar huwa kien mar ukoll fil-lukanda, mar fir-
reception u talab erba’ ċwievet tal-erba’ roti li kienu fil-garaxx, iżda ngħata biss tlieta.

Huwa qal li l-mountain bikes huma ta’ kulur aħdar u jintagħrfu. Huwa kien għamel rapport fil-lukanda li kien hemm waħda nieqsa iżda dawn ma kienux jafu jekk din kinitx inkriet lil xi ħadd.

Il-Qorti qalet li x-xhieda ta’ Bernard Mifsud hija kollha ġejja dwar x’kien sema’ minn terzi persuni fosthom ta’ ċertu Balage Pongratz li kien jaħdem mal-akkużat fil-lukanda.

Dan lanqas biss ittella’ mill-Prosekuzzjoni biex jixhed u lanqas inġiebu ritratti bħala prova fuq dak li kien hemm fuq il-media soċjali. Sadanittant fuq dak li xehed Whitehouse, li kien hu li ġibed l-attenzjoni li kien hemm rota nieqsa, u l-istaff messhom indunaw b’dan. Għaldaqstant fejn tidħol is-serqa tar-rota, Joy qatt ma seta’ jinstab ħati. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri,