Fi stqarrija l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qal li ċ-ċifra ta’ dawk li siefru minn Malta għal xi destinazzjoni oħra bejn Jannar u Marzu li għadda turi tnaqqis ta’ 21.3% meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2019.
Huwa stmat li 115,573 persuna siefru minn Malta fl-istess perjodu. L-NSO iżda rrimmirkat li din l-istatistika trid tittieħed fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19. L-Ingilterra u l-Italja baqgħu l-aktar destinazzjonijiet popolari.
Mill-vjaġġi li saru fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, 66,416 saru għal skopijiet turistiċi. Kien hemm ukoll 27,761 vjaġġi li saru biex wieħed iżur xi ħbieb jew qraba.
Fil-21 ta’ Marzu t-titjiriet tal-passiġġieri minn u lejn Malta twaqqfu minħabba l-COVID-19. L-ajruport Malti għadu magħluq sal-lum. Fit-8 ta’ Marzu kienu ġew sospiżi it-titjiriet lejn Milan u jumejn wara dawn twaqqfu għal Italja kollha.
Fil-11 ta’ Marzu li għadda ġew sospiżi t-titjiriet lejn Franza, l-Ġermanja u Spanja. Kien fil-21 ta’ Marzu li għadda li t-titjiriet ġew sospiżi kollha minn u lejn Malta filwaqt li tliet t’ijiem qabel kien l-aħħar jum li opera s-servizz tal-
Virtu’ Ferries bejn Malta u Sqallija.