Raġel miż-Żejtun spiċċa jissielet għal ħajtu wara li waqa’ madwar sular minn fuq kamra f’għalqa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar fi Triq San Leonardu, ix-Xgħajra – meta għal xi raġuni mhux magħrufa, ir-raġel ta’ 60 sena waqa’ minn fuq il-kamra.
Fuq il-post ġew msejħa uffiċjali tal-Pulizija tad-Distrett kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanzi.
Iż-Żejtuni ttieħed l-isptar Mater Dei b’urġenza permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett
//= $special ?>