20 TA’ MEJJU 2001
Dsatax-il sena ilu, Valletta kitbu paġna oħra importanti fl-istorja tagħhom meta bir-rebħa bi tbatija ta’ 2-1 kontra Sliema Wanderers, mhux biss kisbu s-Super Cup għas-sitt darba iżda kisbu s-sitt unur minn sitta fl-istaġun 2000/01.
Fl-ewwel minuti, Valletta ħarġu determinati li jiftħu l-iskor iżda kontra x-xejra tal-logħob, kienu Sliema Wanderers li marru fil-vantaġġ fis-16-il minuta. Minn free-kick qasir ta’ Noel Turner, kien MASSIMO GRIMA li ħasad id-difiża Beltija, qabeż lil Sean Sullivan u xeħet il-ballun fix-xibka.
Valletta ġabu d-draw fit-33 minuta, b’azzjoni bejn Gilbert Agius u CHRIS ORETAN, b’tal-aħħar jegħleb lil Reuben Debono. Il-Beltin skorjaw il-gowl tar-rebħa fid-69 minuta u kellu jkun il-captain KRIS LAFERLA li skorja mill-kaxxa ż-żgħira wara li Debono salva parzjalment daqqa ta’ ras ta’ Daniel Theuma.
Sliema attakkaw sal-aħħar mumenti b’żewġ azzjonijiet ta’ Carmel Busuttil, b’Sean Sullivan ikun stupend f’okkażjoni minnhom. Fl-84 minuta tkeċċa Daniel Theuma għal Valletta iżda b’xi mod huma ddefendew il-gowl vantaġġ. Fi tmiem il-logħba, il-Viċi President tal-MFA Carmel Bartolo ppreżenta s-Super Cup liż-żewġ difensuri ta’ Valletta Darren Debono u Jeffrey Chetcuti.
//= $special ?>