20 TA’ MEJJU 1979
Wara nuqqas ta’ ħames snin, Sliema Wanderers kisbu l-FA Trophy b’rebħa ta’ 2-1 kontra Floriana fil-finali. B’hekk huma saru l-aktar tim li rebaħ il-kompetizzjoni b’total ta’ 16-il darba, unur li kien l-ewwel wieħed maġġuri għal Alfred Cardona bħala kowċ.
F’logħba kkontrollata minn Tony Mangion, Sliema fetħu l-iskor fit-23 minuta meta Eric Schembri qassam lejn David Buckingham li kompla lejn SIMON TORTELL li għeleb lil Robert Gatt mill-viċin. Floriana ġabu d-draw fil-35 minuta meta mill-kross ta’ Borg, C. Micallef ma laqatx il-ballun, bil-gowlkiper Charles Sciberras prova jimblokka l-ballun u spiċċa fid-direzzjoni ta’ GEORGE XUEREB li kompla fix-xibka b’daqqa ta’ ras.
Sliema skorjaw dak li spiċċa biex kien il-gowl tar-rebħa fil-65 minuta. Stephen Pandolfino ħarab tajjeb fuq ix-xellug, qassam għan-nofs fil-baxx lejn SIMON TORTELL li b’xutt fil-baxx mill-ewwel reġa’ għeleb lil Gatt. Wara l-logħba, il-Viċi President tal-MFA Freddie Mizzi ppreżenta t-trofew lil Oliver Losco.
//= $special ?>