Ekonomija Lokali

Baxter tiċċelebra 30 sena f’Malta

Ghalqet 30 sena topera f’pajjizna l-kumpanija Baxter – kumpanija li bhalissa tinsab fil-frontline bil-prodotti taghhom fl-isptarijiet, klinici, spizeriji kif ukoll billi javvanzaw il-kura tal-pazjenti fi djarhom.

Baxter tipproduci numru minn dawn il-prodotti importanti permezz tal-fabbrika ibbazata f’pajjiżna. Huma jhaddmu madwar 500 ruh.

Din il-kumpanija bdiet topera hawn Malta lejn l-ahhar tas-snin Tmenin grazzi ghall-vizjoni li kellu l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista.

Min dak iz-zmien, il-kumpanija baqghet tikber u toffri numri kbir ta’ impjiegi ghall-Maltin u l-Ghawdxin.

Is-sena l-oħra Baxter rebhet ukoll il-premju tal-iktar kumpanija li toffri bilanc bejn il-hajja u x-xoghol.

Fl-ahhar xhur Baxter ghamlet ukoll donazzjoni ta’ 2 miljuni biex tghin isosstni u ssalva il-hajjiet tan-nies madwar id-dinja waqt il-pandemija tal-COVID-19.