Coronavirus Ekonomija Lokali

“Il-pajjiż għandu bżonn direzzjoni ċara u sigura” – il-Kamra tal-Kummerċ

"Ma nistgħux nibqgħu fi stat ta' emerġenza"

Waqt li tilqa’ b’mod pożittiv il-ftuħ ta’ aktar attività kummerċjali, il-Kamra tal-Kummerċ qed tinsisti li l-pajjiż ma jistax jibqa’ fi stat ta’ emerġenza. Dan filwaqt li tinħass il-ħtieġa li jkollna “direzzjoni ċara u sigura”.

Fi stqarrija, il-Kamra tal-Kummerċ qalet li hemm bżonn bħala pajjiż nibdew nibnu mill-ġdid.

“Dan huwa żmien ta’ sfida kbira għal kulħadd”, qal David Xuereb, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ.