Saru protesti, saru laqgħat mal-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia, iżda minkejja li l-Bdiewa qed jagħmlu l-parti tagħhom u jċedu biċċa, saħansittra offrew proposti oħra pero l-Gvern qed jibqa’ jwebbes rasu.
Dan mhux qed ngħiduh aħna u mhux biss qaluh il-Bdiewa iżda intqal waqt servizz tal-aħbarijiet laburista meta kienu qed jikkwotaw dak li qed jgħid il-Gvern. Hija priċiżament din it-thedida tal-Gvern fuq il-Bdiewa.
Theddida mill-istess Gvern immexxi minn Robert Abela li żar protesta fil-Magħtab u wiegħed li se jisma lil dawn il-bdiewa. Fil-pjan il-ġdid propost mill-Gvern, xorta se jittieħdu numru ta’ għelieqi li għal tant snin u numru ta’ ġenerazzjonijiet dawn il-bdiewa ħadu ħsiebhom. Saħasittra, l-istess Gvern ħareġ permessi biex uħud mill-għelieqi li jrid jieħu jkunu jistgħu jinħaddmu.
Minkejja l-proposti tal-Bdiewa, u minkejja li xorta qed iċedu ħafna mill-għelieqi tagħhom, il-Gvern xorta jrid jieħu l-għelieqi li fihom hemm art li tinħadem, rziezet u anke kmamar li jmuru lura mijiet ta’ snin.
Fost dawn l-għelieqi hemm art żonqor li għal xi raġuni l-Gvern qed jibqa’ jwebbes rasu li jieħu… dan meta faċilment jista’ jieħu art oħra fil-viċinanzi jew juża l-istess art fil-miżbla tal-Magħtab li llum spiċċat mingħajr użu.
//= $special ?>