Futbol Sport

L-FIGC issostni l-ħsieb li ttemm il-kampjonati tas-Serie A, Serie B u Serie C

(Ritratt: FIGC)

Il-Federazzjoni Taljana tenniet ix-xewqa li tkompli bil-ħsieb tagħha u tasal għat-tmiem tal-kampjonati tas-Serie A, Serie B u Serie C. L-għan tal-President tal-FIGC Gabriele Gravina hu li jikkonkludi l-kompetizzjonijiet kollha. Jekk ikun hemm waqfien li jwassal li ma jkunx hemm żmien biex jispiċċa l-kampjonat, teżisti soluzzjoni ta’ emerġenza li jwassal għal bidla fil-format u jkollhom jintlagħbu l-play-off. F’każ li l-istaġun ikollu jieqaf definittivament, għandhom jiġu definiti kriterji dwar promozzjonijiet u relegazzjonijiet.

L-istaġun 2019/20 jintemm uffiċjalment fil-31 ta’ Awwissu iżda l-kompetizzjonijiet għandhom jispiċċaw sal-20 tax-xahar. L-istaġun 2020/21 għandu jibda fl-1 ta’ Settembru. Il-kampjonati tad-Dilettanti mis-Serie D ‘l isfel. Il-Gvern se jieħu deċiżjoni finali fit-28 ta’ Mejju wara li ssospenda l-attivitajiet sportivi sal-14 ta’ Ġunju. Jidher li s-Serie A jista’ jitkompla bejn l-20 u l-21 ta’ Ġunju għalkemm mhux eskluż li li jingħataw deroga biex jibdew fit-13 ta’ Ġunju.