Lokali

PG Group jagħti għajnuna lil dawk fil-bżonn

Il-Kumpanija PG Group, bħala parti mill-Programm Komunitarjut taghhom, taw donazzjoni ta’ €30,000 lil żewġ NGOs – St. Jeanne Antide u lill-Ġiżwiti li jagħtu servizz lir-Refuġjati. Din id-donazzjoni saret fl-isfond tad-diffikultajiet preżenti minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

Meta saret din l-għotja l-Kap Eżekuttiv tal-Grupp Charles Borg, qal li huwa obbligu taghhom illi jiddedika u jinvesti parti mill-profitti lura lejn il-komunita’.

Hu qal li din id-donazzjoni ingħatat lil żewġ istituzzjonijet illi jagħtu servizz u għajnuna lil tant familji fil-bżonn. Fil-fatt dawn l-istituzzjonijet fl-aħħar xahrejn raw żieda pjuttost qawwija fid-domanda għas-servizzi li joffru.Il-Kumpanija PG qalet li din kienet l-aħħar minn  sensiela ta’ donazzjonijet li l-Grupp ta f’ dawn l-aħħar ftit gimgħat; donazzjonijet illi finalment issarfu f’ għajnuniet lil aktar minn 10,000 familja.