Lokali

Silvio Schembri jinsa kemm hawn nies bla xogħol

Filwaqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar ix-xogħol, il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri ma kienx kapaċi jwieġeb domanda ta’ Net News dwar kemm huma in-nies li bħalissa qed jirreġistraw għax-xogħol. Bil-Ministru Schembri jistqarr illi nesa.

Il-Ministru Silvio Schembri ma weġibx lanqas meta mistoqsi fuq il-kuntratt li l-preżentatur laburista Karl Stagno Navarra għandu mal-Air Malta.

Fl-aħħar ġimgħat Net News bil-miktub bagħat talba uffiċjali taħt il-Freedom of Information Act biex ningħataw kopja ta’ dan il-kuntratt. Iżda t-talba ġiet rifjutata ġiet irrifjutata għaex jekk l-Air Malta tikxef il-kuntratt ta’ Stagno Navarra ssofri ħsara kummerċjali.

Intant, fl-aħħar sigħat, fuq Twitter, il-Ministru Silvio Schembri għażel li jattakka tfajla ta’ 15-il sena sempliċiment għax kienet tpoġġi fjuri fuq il-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizia.

Affaċjat b’dan, il-Ministru ħarab milli jwieġeb u lanqas biss talab apoloġija għall-aġir tiegħu fil-konfront ta’ din il-minorenni.