Coronavirus Lokali

15-il każ ġdid ta’ Covid-19; ifiqu 3

Hekk kif pajjiżna jinsab fil-ħdax-il ġimgħa tal-pandemija, f’pajjiżna, illum ġew irreġistrati 15-il każ ġdid.

Dan ifisser li sa issa, din il-ġimgħa kelna 67 każ gdid, meta jonqos jum ieħor biex nagħalqu l-ġimgħa. Iż-żieda fiċ-ċifri tirrifletti s-sitwazzjoni li kelna f’Malta ħames ġimgħat ilu.

Il-każi attivi issa reġgħu telgħu għal 125.

Filwaqt li minn din il-ġimgħa, ix-xandiriet tas-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika niżlu għal tlieta fil-ġimgħa, fil-jiem fejn ma jkunx hemm xandira, iċ-ċifri qed jiġi mħabbra fuq is-sit tas-Saħħa fuq Facebook, bin-numri tal-lum jerġgħu ikunu konsistenti ma’ dawk li rajna tul din il-ġimgħa.

Il-15-il każ ġdid ħarġu minn total ta’ 1,358 swab li saru fl-aħħar 24 siegħa, biex fl-istess perjodu ta’ ħin kien hemm 3 persuna li ġew iddikkjarati li fiequ mill-virus. It-total ta’ persuni li fiequ b’hekk issa huwa ta’ 468.

In-numru totali ta’ swabs li saru f’pajjiżna sa issa huwa ta’ 56,224.