Futbol Sport

Arsène Wenger jgħid li għandha ssir riforma fir-regola tal-Financial Fair Play

(Ritratt: ronaldo.com)

L-Eks-Kowċ ta’ Arsenal, Arsène Wenger li issa qed jokkupa l-kariga bħala Head of Football Development fil-FIFA qal li r-regola tal-Financial Fair Play għandha tiġi riveduta biex tagħti aktar opportunità għall-investiment barra mill-futbol. F’intervistà ma’ ġurnal Franċiż, Wenger qal li s-sistema ta’ bħalissa tiffavorixxi dawk il-klabbs li kellhom investiment qabel ma’ daħlet ir-regola tal-Financial Fair Play fis-seħħ.

Il-Franċiż żied jgħid li t-tibdil fir-regola jista’ jgħin il-futbol biex isir aktar kompetittiv għaliex jinfetaħ bieb għall-inestituri ġodda fil-futbol. Dwar il-pandemija, Wenger qal li għad irid jgħaddi ż-żmien biex jidher l-effett tagħha fuq il-futbol iżda qal li t-timijiet li huma sinjuri biss se jirnexxilhom jgħaddu din il-pandemija mingħajr riperkussjonijiet.

Hu temm l-intervistà billi qal li l-FIFA ta’ dawn l-aħħar snin tpoġġi verament l-isport bħala prijorità. Arsène Wenger ħalla lil Arsenal fl-2018 wara 22 sena. Is-sena l-oħra hu nħatar bħala Head of Football Development fil-FIFA.