Lokali Parlament

€50,000 għall-festival tal-fjuri.. fil-mument fejn in-nies mhix tidħol il-Belt

Il-Ministru Josè Herrera ikkonferma fil-prlament li li l-infjorata li saret f’Mejju 2020 fil-Belt swiet is-somma ta’ €50,000; liema ammont kien jinkludi l-armar u ż-żarmar tal-fjuri kif ukoll għotja ta’ fjuri għal użu fi spazji pubbliċi mill-kunislli lokali wara li tiżżarma l-installazzjoni.

Fil-parlamet il-Ministru Josè Herrera kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Iva Bartolo li kkritika d-deċiżjoni tal-gvern li jagħmel dan il-festival tal-fjuri fil-Belt propju f’perjodu meta l-pajjiż għandu prijoritajiet oħra.

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo

Ivan Bartolo sostna fil-parlament li iktar minn festval tal-fjuri, il-poplu bħalissa għandu bżonn miżuri u inizjattivi li jgħinuh joħroġ mis-sitwazzjoni diffiċli li jisnab fiha. Hu kkritika lill-gvern għall-fatt li dan il-festival tal-fjuri sar f’mument meta l-poplu ftit kien qed joħroġ propju minħabba l-COVID 19.

Ivan Bartolo kompla li iktar minn fjuri, il-kunsilli lokali għandhom bżonn inizjattivi u sostenn biex ikunu jistgħu jaqdu r-responsabbiltajiet kollha tagħhom fil-komunitajiet; liema responsabbiltajiet huma mxekkla minħabba n-nuqqas ta’ appoġġ u sotenn li l-gvern Laburista qed jagħti lill-istess kunsilli lokali.

Ivan Bartolo sostna li bil-€50,000 li ntefqu f’dan il-festival, il-gvern seta’ wettaq miżuri ta’ għajnuna għall-familji u l-persuni li jinsabu fil-faqar.