Lokali

Fl-aħħar xahrejn il-qgħad jiżdied b’1,761

F’xahrejn minn meta l-Covid-19 feġġ f’pajjiżna, l-qgħad żdied bi kważi 1,800.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon illi sostna li n-nies fuq ir-reġistru tal-qgħad qed jiżdiedu. Madanakollu, huwa ma kellux iċ-ċifri totali tal-persuni f’pajjiżna li preżentament jinsabu bla impjieg.

Ġie spjegat li aktar minn 82% ta’ dawk il-persuni li talbu għall-għajnuna finanzjarja huma Maltin, u 71% minnhom huma nisa. S’issa, aktar minn 300 persuna minn fost dawk li applikaw ghall-benefiċċju tal-qgħad għadhom ma tħallsux.

Intant, minkejja l-ghajta ittarrax tas-surplus li kienet ilha tidwi is-snin….issa il-Ministru Falzon qed jghid li kull but għandu qiegħ.

Hu sostna wkoll li mhux jifhem għalfejn il-Partit Nazzjonalista qed jitkellem favur dawk il-120,000 persuna li għadhom ma rċevew ebda għajnuna finanzjarja minn naħa tal-Gvern.

Il-Ministru Michael Falzon tkellem ukoll dwar kemm hu importanti li l-pubbliku jsegwi dak li jgħidu l-Awtoritajiet tas-Saħħa….filwaqt li esprima thassib dwar iż-żieda ta’ asintomatiċi f’pajjiżna, illi tpoġġina f’sitwazzjoni li mhix ċajta.