Lokali Saħħa

Il-famuż R-Factor jitla’ għal 1.3 – Chris Barbara

Wara l-aħħar żidiet qalb il-każi pożittivi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna l-R-Factor żied għal 1.3

Dan saħqu l-Virologu Chris Barbara f’intervista waqt il-programm NETLIVE fejn spjega li wara li fl-aħħar ħames t’ijiem ġew irrapportati 54 każ ġdid li ttestjaw pożittiv għall-Coronavirus.

Huwa appella lill-pubbliku sabiex jibqgħu jżommu l-attenzjoni, b’mod speċjali l-anzjani u dawk il-persuni li jsofru b’mard kroniku.