Coronavirus Sport

Il-FINA tipposponi l-kampjonati tal-Għawm

(Ritratt: EPA)

Il-FINA ħabbret li l-Kampjonati tal-Għawm li kellhom isiru f’Diċembru f’Abu Dhabi ġew posposti għal Diċembru tal-2021 minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Il-Kampjonati tal-Għawm issa se jsiru bejn it-13 u t-18 ta’ Diċembru bil-Konvenzzjoni tal-Għawm se ssir bejn l-10 u t-12 ta’ Diċembru.

Il-President tal-FINA Julio Maglione qal li fl-aħħar ġimgħat ħadmu fil-qrib mal-awtoritajiet fl-Emirati Għarab Maqgħuda biex ittieħdet din id-deċiżjoni. Aktar kmieni, l-European Aquatics Championships li kellhom isiru dan ix-xahar f’Budapest ukoll pew posposti għas-sena d-dieħla. Il-LEN qalet ukoll li se tkun qed tipposponi l-istaġun Ewropew tal-waterpolo.