Coronavirus Sport Sport Ieħor

Il-President tal-IOC jgħid li jekk l-Olimpjadi ma jsirux is-sena d-dieħla dawn jiġu kkanċellati

(Ritratt: EPA)

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, Thomas Bach qal li jifhem li jekk l-Olimpjadi wara li ġew posposti minn din is-sena ma jsirux is-sena d-dieħla dawn jiġu kkanċellati.

F’intervistà mal-midja internazzjonali, Bach qal li huwa impossibli li kumitat organizzattiv jimpjega bejn 3,000 u 5,000 ruħ għal perjodu twil ta’ żmien. Hu żied jgħid li l-Olimpjadi li mistennija jsiru bejn it-23 ta’ Lulju u t-8 ta’ Awwissu tas-sena d-dieħla jistgħu jkunu uniċi u jibagħtu messaġġ ta’ solidarjetà madwar id-dinja.

Bach qal li l-possibilità li l-logħob jintlagħab wara bibien magħluqa hija biss spekulazzjoni u m’huwiex dawk li jixtieq l-IOC għaliex l-Olimpjadi iservu biex jgħaqqdu lin-nazzjonijiet u l-logħob ma jiddependix jekk isirux jekk jinstabx vaċċin.

Għall-mistoqsija dwar għaliex id-deċiżjoni wara l-posponiment ma ttieħditx qabel, hu qal li s-sitwazzjoni kienet qed tiżviluppa b’mod mgħaġġel u kienet qed tinbidel minn ħin għall-ieħor u b’hekk kien ikun immatur li ttieħed deċiżjoni mgħaġġla.