Futbol Sport

L-awtorità nkarigata mill-patrimonju storiku fl-Italja ma sabet l-ebda oġġezzjoni biex jitwaqqa’ San Siro

(Ritratt: EPA)

L-awtortià nkarigata mill-patrimonju storiku fl-Italja ma sabet l-ebda oġġezzjoni biex il-grawnd li sa dan l-istaġun kienu jilagħbu fih Inter u Milan jiġi mwaqqa’. Tard is-sena l-oħra s-sidien ta’ Milan u ta’ Inter daħħlu applikazzjoni biex jibnu stadium ġdid b’kapaċità ta’ 60,000 ruħ fiż-żona ta’ San Siro.

Minkejja li dan l-istadium kien ġie mibni fl-1926 l-awtorità qale li ma ssib li l-ebda sinifikat storiku f’din il-binja. Inter u Milan ilhom għal żmien twil f’diskussjonijiet mal-kunsill ta’ Milan biex jinstab kompromess dwar s-sostitut għal dan l-istadium.

Il-pjan hu li l-istadium jitwaqqa’ iżda jitħallew fdalijiet minnu biex il’quddiem ikunu jistgħu jinbnew faċilitajiet sportivi li jkunu jistgħu jiġu użati miċ-ċittadini ta’ Milan.