Coronavirus Futbol Sport

L-EFL ser iżomm il-promozzjoni u r-relegazzjoni irrelevanti mill-futur tal-futbol Ingliż

(Ritratt: Skysports.com)

L-English Football League qalet li t-timijiet fit-tliet diviżjonijiet inferjuri fl-Ingilterra xorta se jkunu promossi u relegati. L-EFL żiedet ukoll li se jkun hemm ukoll l-play-offs. 51% tat-timijiet miċ-Championship, League One u League Two fl-Ingilterra jridu jaqblu biex il-kampjonati f’kull diviżjoni jiġu kkanċellati.

Dan jista’ jwassal biex il-League One jkun t-tieni kampjonat fl-Ingilterra li jiġi kkanċellat minħabba li t-timijiet jinsabu maqsuma dwar l-ideja tat-tkomplija tal-kampjonat. Il-League Two kien ġie kkanċellat fil-15 ta’ Mejju wara qbil bejn t-timijiet. Ir-regoli l-ġodda proposti mill-EFL jridu jitressqu għall-vot quddiem il-71 klabb li jikkompeti fl-EFL qabel ma’ dawn jiġu implimentati.