Coronavirus Futbol Sport

Manchester United iħabbru kemm swiethom il-pandemija tal-coronavirus s’issa

(Ritratt: eSimon.com)

It-tim tal-Premier League, Manchester United ħabbru li s’issa l-pandemija tal-coronavirus swiethom €31 miljun u qed jistmaw li l-figura mistennija tiżdied. Dan ħabbruh meta llum żvelaw ir-riżultati finanzjarji sal-31 ta’ Marzu.

Iċ-Chief financial officer, Cliff Baty qal li r-Red Devils se jkunu qegħdin jagħtu €22 miljun lix-xandara tat-televiżjoni jekk jitkompla l-kampjonat. United għamlu telf ta’ €11 –il miljun fl-aħħar tliet ġimgħat ta’ Marzu wara li ġew posposti tliet logħbiet. Baty żied jgħid li ta’ kull logħba kkanċellata United se jkunu għamlu telf qawwi minħabba li l-isponsors jonqsu kif ukoll anke l-bejgħ.

Manchester United naqsu milli jħabbru l-istimi finanzjarji tat-telf li se jkunu għamlu sakemm tgħaddi l-pandemija b Bat jgħid li l-partita mill-Premier League ta’ Manchester United kontra Tottenham swiethom €7 miljuni. Meta twaqqaf il-Premier League, Manchester United kienu fil-ħames post b’45 punt, tliet inqas minn Chelsea li jinsabu f’post li jiggarantixxi post fil-UEFA Champions League.