L-attakkant Franċiż ta’ Chelsea Olivier Giroud ġedded il-kuntratt tiegħu b’sena biex b’hekk se jkun qiegħed jilagħab għat-tim ta’ Frank Lampard fl-istaġun li ġej. Dan l-istaġun Giroud ma tantx kellu opportunità ma’ Chelsea minħabba l-forma brillanti tal-attakkant Ingliż Tammy Abraham. Sfortunatament l-Ingliż sofra injury f’Jannar u wasslet biex tfeġġ opportunità għal Giroud fejn skorja darbtejn fl-ewwel erba’ logħbiet.
Il-kowċ ta’ Chelsea Frank Lampard qal li l-Franċiż għandu l-kwalitajiet kollha biex ikun parti mit-tim tiegħu u bl-esperjenza tiegħu jista’ jgħin liż-żgħażagħ tal-Blues. Giroud issieħeb ma’ Chelsea mingħand Arsenal f’Jannar tal-2018 fejn lagħab 76 darba għal Chelsea u skorja 21 gowl. Aktar tard Chelsea ħabbru wkoll li anke l-gowlkiper Arġentin Willy Caballero ġedded il-kuntratt tiegħu b’sena mat-tim minn Londra.
//= $special ?>