Kultura Lokali

Skoperta Punika f’Ħal Tarxien

Fl-aħħar jiem seħħet skoperta meqjusa bħala waħda rari fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien. Dan hekk kif instab qabar mhux mittiefes li mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li jmur lura għall-perjodu Puniku.

Esperti saħqu li din qed titqies bħala skopera rari minħabba l-fatt li l-entratura tal-qabar kienet għadha magħluqa b’ġebla kbira u għaldaqstant l-oġġetti ġewwa kienu għadhom intatti.

L-iskavar seħħ mill-Cultural Heritage and Geomatics Team ta’ QPM Limited, taħt is-superviżjoni tas-Sovrintendenza Tal-Patrimonju Kulturali.

F’din il-kamra instabu diversi oġġetti u fdalijiet storiċi fosthom rmied minn kremazzjonijiet li seħħew waqt xi tip ta ritwal, kif ukoll bombli tal-fuħħar.