Sue Caruana, sid ta’ ħanut tas-sbuħija esprimiet ir-rabja tagħha għall-miżuri li ntalbu jieħdu technicians tad-dwiefer.
Permezz ta’ live post fuq Facebook, Caruana spjegat kif nail technicians qed jintalbu jwaħħlu żewġ folji ta’ perspex bejn il-klijenta u min qed jagħmlilha d-dwiefer.
Hi qalet li din il-ħaġa ma tagħmilx sens għax it-trabijiet li jkunu ġenerati waqt li jkunu qed isiru d-dwiefer jgħaddu minn kwalsiasi toqba li jkun hemm, irrispettivament minn kemm hemm folji ta’ perspex.
Dan minbarra li l-klijenta kif tidħol se tintalab taħsel idha, togħrok id-dwiefer, imbagħad tuża l-hand sanitizer. Il-klijenti se jkunu obbligati jilbsu maskra u l-persuni li jkunu qed jaħdmu fuq id-dwiefer se jkollhom kemm maskra kif ukoll visor bħala protezzjoni.
//= $special ?>