Jekk dal-lejl ħassejt is-sodda tiċċaqlaq jew rajt il-linfa titbandal, u ħsibtu terremot, kellek raġun.
Fis-1.43am, theżżiża ta’ 5.7 fuq l-iskala Richter inħasset f’għadd ta’ pajjiżi fil-Mediterran. L-epiċentru tat-terremot kien fix-Xlokk tal-Greċja.
It-theżżiża nħasset l-aktar fil-Greċja iżda persuni fil-Libja u anke f’pajjiżna rrappurtaw li ħassew l-art tiċċaqlaq, fosthom residenti fiż-Żurrieq, l-Iklin u San Pawl il-Baħar.
L-epiċentru kien fil-baħar Mediterran bejn il-Greċja, il-Libja u Malta, f’fond ta’ bejn 10 u 20km.
Din iż-żona hija waħda li spiss tesperjenza episodji simili.
//= $special ?>