22 TA’ MEJJU 2010
Doppjetta ta’ Diego Milito kienet biżżejjed biex Inter isiru Champions tal-Ewropa għat-tielet darba. Fil-finali milgħuba f’Estadio Santiago Bernabeu, għelbu lil Bayern Munich 2-0. Dan l-unur li wasal wara stennija ta’ 45 sena fisser ukoll li Inter saru l-ewwel tim Taljan li għamlu dik li t-Taljani jsejħulha t-Triplete (ir-rebħ tal-Coppa Italia, is-Serie A u l-UEFA Champions League).
It-tim ta’ Josè Mourinho fetaħ l-iskor fil-35 minuta. Minn ballun fit-tul ta’ Julio Cesar, DIEGO MILITO ħabbat il-ballun ma’ Wesley Sneijder u xeħet fix-xibka minn qagħda ideali. Inter irduppjaw fis-70 minuta b’kontrattakk li minnu Samuel Eto’o fetaħ fuq ix-xellug lejn DIEGO MILITO li b’finta qabeż lil Daniel van Buyten u għeleb lil Hans Jorge-Butt.
Mat-tisfira finali bdew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Inter, bil-President tal-UEFA ta’ dak iż-żmien Michel Platini jippreżenta t-trofew lill-captain ta’ Inter Javier Zanetti, fis-700 logħba tiegħu man-Nerazzurri. Il-gowls tal-logħba jinsab f’dan il-filmat: https://youtu.be/OUTvglBTQ8Y
//= $special ?>