Lokali

19-il immigrant jiddaħħal Malta

Grupp ta’ 19-il immigrant…il-maggoranza taghhom nisa u tfal… iddaħħal Malta tard il-Gimgha bil-lejl. Dan kien konfermat fi stqarrija mahruga mill-AFM.

Dawn l-immigranti huma parti minn grupp akbar li ġew salvati mill-baħar fiż-żona Maltija ta’ tiftix u salvatagg.

B’kollox f’dan il-grupp kien hemm mal-140 immigrant, li issa 120 minnhom tgħabbew fuq vapur ieħor tal-Captain Morgan. Dan il-bastiment ħareġ ghall-immigranti kmieni l-Ġimgħa filghodu.

Net News hu infurmat li l-vapur se jibqa’ fl-ibħra internazzjonali.

Dan hu t-tielet bastiment tal-Captain Morgan li qed izomm immigranti fuqu. Il-vapuri qed jiswew lill-pajjiz 3,000 ewro kuljum.

Skont informazzjoni li kienet harget fil-Parlament, il-kumpanija tal-imprenditur Michael Zammit Tabona ġiet rikjesta tassisti lill-Gvern Malti mingħajr sejħa pubblika fil-kriżi tal-immigrazzjoni. L-ewwel intervent tal-Captain Morgan kien fit-30 ta’ April… bl-immigranti u jitħallew fuq il-vapur privat 13-il mil nawtiku ‘il barra mill-kosta Maltija.

Sadanitant…wiehed irid ifakkar li l-wasla ta’ 19-il immigrant f’pajjizna mhix każ iżolat. Fil-bidu ta’ dan ix-xahar, grupp iehor ta’ 18….. li kienu salvati mill-AFM ….ukoll spiccaw iddaħħlu f’pajjizna. Dwar dan, ma kien hemm ebda komunikat uffiċjali la mill-Gvern u lanqas mit-tmexxija tal-AFM.

Din il-kriżi marbuta mal-immigrazzjoni qed tiżviluppa fl-istess waqt illi l-Gvern ta’ Robert Abela għażel li jirtira minn missjoni militari fil-Mediterran; missjoni li kienet intiża biex twaqqaf it-traffikar tal-armi minn u lejn il-Libja.