22 TA’ MEJJU 1997
Żewġ gowls qabel tmiem l-ewwel taqsima wittew it-triq biex Valletta rebħu l-FA Trophy għat-tielet staġun konsekuttiv. B’hekk laħqu r-rekord ta’ Sliema Wanderers, Floriana u Ħamrun Spartans. Għal Valletta din kienet it-tielet doppjetta fl-istorja tagħhom wara dawk fl-istaġun 1959/60 u 19977/78.
Valletta fetħu l-iskor fit-33 minuta bi kross ta’ Drasko Braunovic lejn Danilo Doncic, bl-attakkant iniżżel lura lejn IVAN ZAMMIT li għeleb lil Mario Muscat b’xutt imkaxkar. Eżatt qabel il-mistrieħ, wasal it-tieni gowl Belti. DANILO DONCIC ħa vantaġġ minn żball ta’ Edwin Camilleri, qabeż lil Silvio Vella u skorja b’xutt sabiħ għar-rokna.
Fit-tieni taqsima, Hibernians organizzaw ruħhom aħjar u daħlu fil-logħba fid-59 minuta bi kross ta’ Michael Spiteri jixxellef minn Charlie Scerri u spiċċa għand BRIAN CRAWLEY li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Sean Sullivan. Ftit wara, l-istess Crawley irċieva t-tieni karta safra. B’inferjorità numerika, kienet aktar diffiċli għal Hibernians biex jevitaw it-telfa. Fi tmiem il-logħba, il-President tal-MFA Joe Mifsud ippreżenta t-trofew lill-captain Kris Laferla.
//= $special ?>