Futbol Sport

24 SENA ILU: Juventus jirbħu ċ-Champions League għat-tieni darba bl-għoti tal-penalties kontra Ajax

(Ritratt: Juventus FC)

22 TA’ MEJJU 1996

Juventus saru Champions tal-Ewropa għat-tieni darba fl-istorja, 11-il sena wara l-ewwel suċċess fit-traġedja ta’ Heysel. Fil-finali milgħuba fi Stadio Olimpico ta’ Ruma, għelbu lil Ajax 4-2 bl-għoti tal-penalties wara li l-logħba fil-ħin regolamentari spiċċat 1-1.

Il-Bianconeri marru fil-vantaġġ wara 12-il minuta. FABRIZIO RAVANELLI ħa vantaġġ minn żball tal-gowlkiper Edwin van der Sar u Frank de Boer u żerżaq il-ballun fix-xibka minn angolu ristrett. Ajax għamlu reazzjoni u ġabu d-draw fil-41 minuta permezz ta’ JARI LITMANEN li skorja mill-qrib wara li l-gowlkiper Angelo Peruzzi kien blokka ħażin free-kick.

Wara li l-anqas il-ħin barrani ma ddeċieda l-konfront, il-logħbiet ġiet deċiża bl-għoti tal-penalties. Peruzzi kien l-eroj għat-tim ta’ Marcello Lippi meta salva l-penalties ta’ Edgar Davids u Sony Silooy, b’Jari Litmanen u Arnold Scholten jiskorjaw għal Ajax. Ciro Ferrara, Gianluca Pessotto, Michele Padovano u Vladimir Jugovic skorjaw għal Juventus. Wara l-logħba, il-President tal-UEFA Lennart Johansson ippreżenta t-trofew lill-captain ta’ Juventus Gianluca Vialli. Il-gowls ta’ din il-logħba jinsabu f’dan il-filmat: https://www.youtube.com/watch?v=Fg-3DnygAow