Coronavirus Ekonomija Lokali

“Daqqa ekonomika daqs tal-2009” – il-Bank Ċentrali ta’ Malta

Rapport li ppubblika l-Bank Ċentrali ta’ Malta jindika li d-daqqa li ħadet l-ekonomija kaġun tal-Covid-19 hi simili għad-daqqa li konna sofrejna fil-kriżi finanzjarja tal-2009. Dan jidher biċ-ċar minn ċifri li ppubblika l-istess Bank Ċentrali, u li jirreferu għall-Indiċi tal-Kundizzjoni tan-Negozju (ara grafika hawn taħt).

L-istess Rapport juri li l-inflazzjoni għall‑konsumatur telgħet bi ftit f’Marzu, bir‑rata annwali tal‑inflazzjoni bbażata fuq l‑Indiċi Armonizzat tal‑Prezzijiet għall‑Konsumatur titla’ għal 1.2%.

Fl-istess waqt, id‑defiċit fuq il‑Fond Konsolidat ibbażat fuq dħul u nfiq attwali żdied b’mod sinifikanti meta mqabbel ma’ sena ilu.