Coronavirus Ekonomija Lokali

F’April: 4,000 persuna bla xogħol

Ċifri li ħarġu llum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li l-qgħad żdied b’2,231 f’temp ta’ sena.

L-istatistika, li tagħti stampa ċara tax-xahar ta’ April, turi li l-persuni jfittxu impjieg kienu jammontaw għal 3,979.

April kien it-tieni xahar ta’ emerġenza medika għal pajjiżna, u fil-fatt id-daqqa tal-pandemija fuq l-ekonomija qed tidher ċara f’dawn in-numri li ġew ippubblikati llum.

Minn Marzu għal April kien hemm qabża konsiderevoli fil-qgħad; dawk jirreġistraw għax-xogħol żdiedu b’aktar minn 1,800. L-istatistika turi li anke f’Għawdex kien hemm żieda fil-qgħad.