Il-Gvern baqa’ ma weġibx ittra li bagħtu numru ta’ sidien ta’ negozji illi jbiegħu l-ħwejjeġ, fejn l-awtoritajiet qed jibqgħu jfarfru mir-responsabbiltà.
Dan qalu l-Imprenditur Julian Micallef, illi tkellem tul il-programm Net Live, fejn stqarr illi jixtieq li n-negozji jkunu konsultati, biex iħejju rwieħhom għal kull eventwalità li tista’ tinqala.
F’Net Live din il-ġimgħa tkellem ukoll James Xuereb li huwa sid ta’ negozju tal-ħwejjeġ, fejn semma’ l-isfidi li qed jaffaċċjaw dawn in-negozji.
Huwa qal li jeħtieġ li jkun hemm aktar dettall, fil-mod kif tingħata l-għajnuna lis-sidien tan-negozji li għalkemm fetħu issa qed jaffaċċjaw sfidi akbar.
//= $special ?>