Knisja Lokali

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Santu Wistin tal-Belt

Tħabbret l-aħbar li Patri Alexander Cauchi se jinħatar il-Kappuillan il-ġdid tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin tal-Belt Valletta.

Din l-aħbar ħarġet fl-okkażjoni tas-solennità tal-festa ta’ Santa Rita ta’ Cascia, meqjuma fil-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta, bl-Arċisqof Charles J. Scicluna mistenni jaħtar lil Fr. Alexander Cauchi bħala l-Kappillan ta’ din il-Parroċċa.

Cauchi ilu numru ta’ snin patri fl-Ordni Agostinjana u ħafna jafuh ukoll għall-ħidma li kien jagħmel mal-istudenti fil-Kulleġġ ta’ Santu Wistin, Tal-Pietà.

Patri Alexander Cauchi se jkun qiegħed jieħu l-post tal-eks Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin, Fr. Deo Debono.