Coronavirus Lokali Saħħa

Każ wieħed pożittiv – persuna oħra mfejqa

Fl-aħħar 24 siegħa saru 1560 test fejn minnhom irriżulta każ wieħed pożittiv għall-Coronavirus.

It-total ta’ każijiet attivi huwa dak ta’ 125, dan hekk kif fl-aħħar sigħat kien każ wieħed li rriżulta fin-negattiv għal dan il-virus. It-total ta’ persuni mfejqa huwa ta’ 469.

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li fl-aħħar 48 siegħa 5 persuni kellhom is-sintomi, 7 każijiet instabu bil-contact tracing filwaqt li 4 persuni oħra ma kellhom l-ebda sintomi.

Uħud mill-każijiet tal-aħħar jumejn:

  • Żagħżugħa ta’ 27 sena, li toqgħod Għawdex u dan l-aħħar ma kinitx qed tmur xogħol.
  • Żagħżugħ 23 sena, jaħdem Għawdex u qed isir il-contact tracing fuq il-post tax-xogħol.
  • Raġel mill-Filippini li ma kellu l-ebda sintomi, jaħdem carer f’dar tal-anzjani. Kien fi kwarantina minħabba li kellu kuntatt ma’ carer ieħor li ħareġ pozittiv.
  • Anzjan ta’ 72 li jinsab fl-isptar Karin Grech. Kellu d-deni fid-19 ta’ Mejju u kellu kuntatt ma’ persuna oħra fl-istess ward.
  • Mara li kienet fi kwarantina minħabba li kellha kuntatt ma’ persuna li kienet pożittiva.
  • Mara Maltija ta’ 85 sena
  • Anzjana ta’ 71 sena
  • Malti ta’ 56 sena
  • Franċiż ta’ 59 sena li mar l-isptar, u nħareġ li hu pożittiv. Huwa għandu ħanut tar-retail
  • Filippina ta’ 55 sena li hija carer f’Karin Grech.
  • Raġel ta’ 59 li ma kellux sintomi
  • Raġel ta’ 39 li ma kellux sintomi
  • Raġel ta’ 45 li jaħdem Mater Dei u kellu kuntatt ma’ persuna li kien pożittiv. Huwa ma kellux sintomi
  • Anzjana ta’ 69 sena li kellha familjari li kellhom dan il-virus.
  • Indjana ta’ 32 li hija carer f’Karin Grech

Professur Gauci qalet li preżentament 8 persuni jinsabu fl-Isptar Boffa, 6 persuni fl-Isptar St. Thomas, 6 persuni fl-Isptar Mater Dei u 5 persuni f’Karin Grech.