Coronavirus Lokali Sport

“L-isport għandu jkun parti minn ħajjitna” – Adrian Delia

L-isport għandu jkun parti minn ħajjitna ħalli ngħixu ħajja aħjar.

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt laqgħa fuq pjattaforma diġitali li kellu mal-Kumitat Olimpiku Malti.

Huwa saħaq fuq l-importanza li jkunu indirizzati l-iktar sfidi urġenti f’dan is-settur tal-isports. Adrian Delia qal li l-għan ta’ dawn il-laqgħat li qed imexxi huwa li l-PN jifhem aħjar l-isfidi li qed jgħaddu minnhom diversi setturi, fosthom ukoll dan is-settur.

Huwa tkellem fuq il-bżonn li issa rridu nħarsu ‘l quddiem u tiġi mfassla strateġija għal wara l-Covid., fejn irid ikun hemm kontribut minn kulħadd sabiex tinħoloq normalità ġdida.

Min-naħa tiegħu, il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello qal li biex ikollok atleti li jirrapprezentaw lil malta irid ikollok struttura shiha. Il-Kumitat wera t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li diversi entitajiet sportivi naqsilhom hafna d-dħul tagħhom… dhuk li qabel kien jiġi investit fil-facilitajiet sportivi u fl atleti.

Huwa qal li għalissa ghadu kmieni biex jikkommettu ruhhom dwar meta se jergghu jsiru l kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali.

Din il-ġimgħa l-PN ħareġ numru ta’ proposti biex jiġu mgħejjuna l-assoċjazzjonijiet sportivi kollha, fosthom li l-Gvern jgħin finanzjarjament lil dawn l-għaqdiet mingħajr ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni. Dan hekk kif dawn l-assoċjazzjonijiet qed jikkontribwixxu wkoll għat-turiżmu sportiv. Fid-dawl ta’ dan il-Kumitat Olimpiku Malti laqa’ b’sodisfazzjoni l-proposti li tressqu mill-Partit Nazzjonalista dwar dan is-settur tal-isport.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalist għaż-Żgħażagħ u l-iSport Robert Cutajar kif ukoll Robbie Ebejer u Nathan Galea f’isem Tim Sport PN.