Sport Sport Ieħor

Naomi Osaka l-aktar atleta femminili mħallsa skont Forbes

(Ritratt: EPA)

It-tennista Naomi Osaka qabżet lil Serena Williams bħala l-aktar atleta femminili mħallsa b’total ta’ madwar €34 miljun. Skont Forbes, l-atleta ta’ 22 sena hi l-aktar mara li qatt kellha dħul finanzjarju fuq perjodu ta’ 12-il xahar.

Osaka, rebbieħa darbtejn ta’ Grand Slam, kisbet ftit aktar minn €1.2 miljun iżjed minn Williams, li kienet fil-quċċata ta’ din il-klassifika fl-aħħar erba’ snin. Fl-2015, Maria Sharapova kellha r-rekord ta’ dħul ta’ €27.2 miljun għal atleta femminili. It-tennisti nisa dejjem kienu fil-quċċata tal-lista tan-nisa ta’ Forbes mill-1990, b’Williams jew Sharapova fl-ewwel post mill-2004.

Osaka daħlet fix-xena meta għelbet lil Williams fil-finali tal-Open tal-Istati Uniti fl-2018, logħba kontroversjali li fiha Williams kienet argument ferm mal-umpire tal-logħba. Il-Ġappuniża rebħet ukoll l-Open tal-Awstralja s-sena l-oħra għalkemm naqqset ftit il-forma tagħha fl-aħħar xhur u niżlet fl-10 post fil-klassifika dinjija tal-ATP.