Lokali

Rapreżentant tal-Gvern fil-Kunsill tal-Università jgħid… “issa nistgħu nidfnu lill-PN”

Il-Kunsill tal-Università ta’ Malta hu kompost minn diversi membri fosthom 14-il membru maħtura mill-Prim Ministru biex jirrappreżentaw l-interess ġenerali tal-pajjiż.

L-eks Minisrtu Laburista Reno Calleja jifforma parti minn dan il-kunsill wara li kien magħżul mill-Prim Ministru biex jirrapreżenta l-interess ġenerali tal-Maltin u l-Għawdxin.

Fl-aħħar ħinijiet, Reno Calleja għażel li jattakka lill-Partit NAzzjonalista fuq Facebook personali tiegħu, anke jekk l-irwol tiegħu fl-Università ta’ Malta jitlob li aġir bħal dan ma jsirx.

Fi ftit ħin fuq il-post daħlu sensiela ta’ kummenti li għal xi wħud wieġeb l-eks membru parlamentari tal-Partit Laburista fejn saħaq li kien qed jiċċajta.

Kienu ħafna dawk li ma ħadux il-kummenti tiegħu bħala ċajta u ħafna qed jistaqsu għalfejn il-Prim Ministru Robert Abela għadu ma ħa l-ebda azzjoni fil-konfront ta’ Calleja.

Intant, b’reazzjoni għal dan l-aġir, tkellem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia permezz ta’ tweet.