Futbol Sport

Rebħa kbira għal Hertha Berlin fid-derby tal-kapitali

(Ritratt: EPA)

Erba’ gowls fit-tieni taqsima għenu lil Hertha Berlin biex jiksbu rebħa importanti fid-derby kontra Union Berlin, f’dik li kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għalihom kemm ilu li tkompla l-Bundesliga.

Vedad Ibisevic fetaħ l-iskor fil-51 minuta b’daqqa ta’ ras mill-viċin wara kross mix-xellug ta’ Marvin Plattenhardt. Huma rduppjaw ftit sekondi wara, b’kontrattakk li minnu Dodi Lukebakio qabeż lil Rafal Gikiewicz qabel xeħet fix-xibka.

Matheus Cunha għalaq il-logħba fil-61 minuta b’xutt fil-baxx minn fuq il-linja tal-kaxxa l-kbira biex fis-77 minuta d-difensur Dedryck Boyata ssiġilla r-rebħa b’daqqa ta’ ras wara korner mix-xellug. Il-plejers ta’ Hertha Berlin irrispettaw ir-regoli wara li rċevew twissija mill-uffiċjali tal-kampjonat għal kif iċċelebraw il-ġimgħa l-oħra.