Lokali

“Se ninvestigaw kull kuntratt” – David Agius

Il-Viċi Kap tal-PN David Agius sostna li Gvern Nazzjonalista se jkun qed jinvestiga kull kuntratt li għadda minn taħt idejn Konrad Mizzi u Keith Schembri

Gvern ġdid Nazzjonalista se jinvestiga kull kuntratt li kellu x’jaqsam miegħu Konrad Mizzi u Keith Schembri

Dan sostnih il-Viċi Kap tal-PN għall-ħidma fil-Parlament David Agius waqt il-programm Magħkom tal-Erbgħa fuq Net TV, ppreżentat minn Louise Tedesco.

Dan se nkunu qed nagħmluh għax dawk huma l-flus tan-nies

David Agius qal li l-poplu Malti jixraqlu li ssir ġustizzja.

Huwa qal li l-PN qed juri lilu nnifsu bħala partit propożittiv u li qed joffri alternattiva denja.

Fil-programm kien mistieden ukoll l-Avukat Edward Debono fejn fost l-oħrajn tkellem dwar kif il-korruzzjoni tfisser serq ta’ flus il-poplu.

Is-serq li qed isir lill-poplu ta’ Gvern li mhux inaqqas id-dawl u l-ilma u diversi oġġetti oħra, hija riżultat tal-korruzzjoni lampanti li hawn fil-pajjiż