22 TA’ MEJJU 2013
Hibernians rebħu l-FA Trophy għall-għaxar darba fl-istorja tagħhom. F’ripetizzjoni tal-finali tal-istaġun ta’ qabel, Hibernians reġgħu għelbu lil Qormi u bl-istess skor ta’ 3-1. Din kienet it-tielet darba li Hibernians rebħu l-kompetizzjoni għat-tieni staġun konsekuttiv. Għal Qormi din kienet it-tielet finali mitlufa f’erba’ snin.
Hibernians fetħu l-iskor fit-53 minuta meta Matthew Farrugia salva parzjalment ix-xutt ta’ Jean Paul Farrugia, bil-ballun jispiċċa fid-direzzjoni ta’ EDISON LUIS DOS SANTOS li b’xutt għar-rokna sab ix-xibka. L-istess EDISON LUIS DOS SANTOS irdoppja fis-66 minuta b’daqqa ta’ ras wara free-kick ta’ Clayton Failla.
Qormi naqqsu d-distakk fil-91 minuta b’lob preċiż ta’ MOISES AVILA PEREZ iżda Hibernians kellhom iċ-ċans li jerġgħu jirduppjaw il-vantaġġ, bi kross ta’ Bjorn Kristensen isib lil JACKSON LIMA li skorja t-tielet gowl. Wara l-logħba, il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo ppreżenta t-trofew lill-captain ta’ Hibernians Mario Muscat.
//= $special ?>