Coronavirus Internazzjonali

Sitwazzjoni allarmanti fil-Brażil, il-vittmi jaqbżu l-20,000

Fl-aħħar sigħat l-ammont ta’ vittmi tal-Covid-19 fil-Brażil qabżu l-20,000, dan hekk kif tul il-jum tal-bieraħ kien hemm aktar minn elf mewta.

Il-qagħda allarmanti kompliet teskala hekk kif fl-aħħar sigħat kien hemm kważi 18,000 każ ġdid, bis-sitwazzjoni f’dan il-pajjiż fl-Amerka t’Isfel tkompli tiggrava.

Fid-dawl ta’ din l-emerġenza medika, il-President tal-Brażil Jair Bolsonaro qiegħed ikompli jopponi miżuri ta’ distanza soċjali. Bolsonaro jiem ilu kien sejjaħ din l-imxija bħala “influwenza żgħira”, u kien stqarr ukoll li l-Coronavirus mhux se jħalli daqstant imwiet f’pajjiżu.