Lokali

Wara li rriżenja fuq akkużi ta’ vjolenza domestika…japplika għal Kummissarju

Mill-Arkivji - Mario Tonna

L-eks Assistent Kummissarju tal-Pulizija Mario Tonna, li kien irriżenja fuq akkużi ta’ vjolenza domestika, huwa wieħed mill-14-il persuna li applikaw għat-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija.

Tonna rriżenja f’Jannar tal-2018 wara rapporti li l-eks sieħba tiegħu kienet akkużatu fuq vjolenza domestika. 

Ftit tax-xhur wara kien involut f’inċident ta’ hit and run fejn kien fis-sakra. Huwa mistenni jitressaq il-qorti fuq din l-akkuża.