23 TA’ MEJJU 1990
Tletin sena ilu, Milan rebħu t-Tazza taċ-Champions għat-tieni staġun konsekuttiv. Huma għelbu lil Benfica 1-0 biex rebħu l-kompetizzjoni għar-raba’ darba fl-istorja tagħhom. B’din ir-rebħa, l-Italja rebħet il-kompetizzjonijiet kollha wara s-suċċessi ta’ Juventus fit-Tazza UEFA u Sampdoria fit-Tazza tat-Tazzi.
Benfica kkontrollaw tajjeb fl-ewwel taqsima iżda ma żammewx l-istess livell u Milan ħadu l-inizjattiva. Benfica resqu viċin il-gowl meta Hernani għeleb in-nasba tal-offside iżda flok ikkonkluda minn pożizzjoni ideali, ipprefera jitfa’ kross, b’Mauro Tassotti jbiegħed il-periklu.
Il-gowl deċiżiv wasal fit-68 minuta. Alessandro Costacurta qassam lejn Marco van Basten u wara li kkontrolla, xeħet lejn FRANK RIJKAARD li baqa’ dieħel waħdu u għeleb lil Silvino kif wasal quddiemu. Wara l-partita, il-President tal-UEFA Lennart Johansson ippreżenta t-trofew lill-captain ta’ Milan Franco Baresi.
//= $special ?>