Sport

35 SENA ILU: Tibda l-ewwel edizzjoni tal-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa

Fit-23 ta’ Mejju tal-1985, il-Kaptani Reġġenti ta’ San Marino, Enzo Colombini u Severino Tura fetħu l-ewwel edizzjoni tal-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa. Dakinhar kien il-Ħamis waranofsinhar, l-Istadium ta’ Serravalle kien ikkulurit bl-uniformijiet tat-tfal tal-iskola elementari ta’ San Marino għall-koreografija mill-għalliema tal-edukazzjoni fiżika kkordinati minn Renato Carattoni.

Kien il-bidu ta’ avventura għall-Olimpjadi tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa fejn kienu ħadu sehem biss 222 atleta. Preżenti aktar minn 6,000 persuna f’Serravalle, fil-preżenza tal-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali ta’ dak iż-żmien Juan Antonio Samaranch u l-President tal-Kumitat Olimpiku ta’ San Marino Domenico Bruschi.

Preżenti tmien delegazzjonijiet fosthom Malta, bil-judoka Alex Bezzina jżomm il-bandiera Maltija. Andorra l-ewwel pajjiż bl-iżgħar kontingent, Liechtenstein b’seba’ atleti biss u San Marino b’54 atleta.  Francesco Nanni ħa l-ġurament tal-atleti u Giovanni Guardigli dak tal-uffiċjali bil-fjamma tinġarr minn Giuseppina Grassi. F’dik l-edizzjoni Malta ħadet sehem fil-basketball, iċ-ċikliżmu, weightlifting, sparar u judo, bit-tim tal-basketball jirbaħ il-midalja tal-bronż.

Tags