Futbol Sport

Bayern b’rebħa kbira f’darhom

(Ritratt: EPA)

Bayern Munich komplew jersqu qrib ir-rebħ tat-30 kampjonat tagħhom meta għelbu lil Eintracht Frankfurt 5-2 Kien LEON GORETZKA li fetaħ l-iskor fis-17 –il minuta wara gowl maħdum tajjeb fuq assist ta’ Thomas Mueller. L-istess MUELLER irdoppja l-iskor erba’ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima wara kross tajjeb taż-żgħażugħ Alphonso Davies.

Mal-bidu tat-tieni taqsima kien l-attakkant prolifiku ROBERT LEWANDOWSKI għamilhom tlieta b’daqqa ta’ ras wara kross tajjeb ta’ Kingsley Coman. Frankfurt naqsu d-distakk għal 3-2 b’żewġ gowls ta’ MARTIN HINTEREGGER. Bayern irrispondew u reġgħu fetħu żewġ gowls vantaġġ permezz ta’ ALPHONSO DAVIES. Fl-74 minuta Martin Hinteregger reġa’ skorja iżda din id-darba fil-lasta tiegħu stess biex issiġilla r-rebħa għat-tim ta’ Hans-Dieter Flick.