Lokali

Ċiklist bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħal Tarxien

Ċiklist minn Ħal Tarxien kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura.

Il-każ seħħ ftit wara t-tmienja tas-Sibt filgħodu fi Triq Ħal Tarxien, f’Ħal Tarxien meta għal xi raġuni r-rota misjuqa mill-vittma ta’ 35 sena kellha mpatt ma’ karozza misjuqa minn anzjana ta’ 71 sena minn Ħal Tarxien stess.

Fuq il-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa liċ-ċiklist l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.